Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz awgura lill-Prim Ministru Malti Dr Robert Abela.
F’ittra li bagħat il-Kap tal-Gvern Ġermaniż huwa awgura lil Dr Abela kull suċċess għat-tmexxija ta’ pajjiżna.
Olaf Scholz, mill-Partit tas-Soċjal-Demokratiċi tal-Ġermanja awgura lill-Mexxej Laburista Robert Abela għall-impenji politiċi futuri.
Scholz jingħaqad ma’ numru ta’ mexxejja oħra Ewropej li awguraw lill-Prim Ministru Malti tar-rebħa elettorali storika li kiseb għall-Partit Laburista, it-tielet waħda konsekuttiva u l-akbar waħda fl-istorja ta’ Malta sovrana.