Fil-Ġermanja, ilbieraħ filgħaxija, il-koalizzjoni bejn tliet partiti fil-Gvern sfaxxat fix-xejn. Dan wara li l-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz keċċa lill-Ministru għall-Finanzi Christian Lindner.
Hawnhekk tħabbar ukoll li se jittieħed vot ta’ fiduċja fil-15 ta’ Jannar li ġej. Jekk dan il-vot ma jgħaddiex favur il-Gvern, mistennija ssir elezzjoni bikrija f’Marzu li ġej.
Din l-instabbilità politika fil-Ġermanja ġiet ftit sigħat wara r-rebħa ta’ Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti. Dan ir-riżultat bla dubju ħasad lill-politiċi f’dan l-akbar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, li jiddependi mill-Istati Uniti għall-affarijiet militari.