Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz iltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping, fl-ewwel żjara li saret minn wieħed mill-mexxejja tal-akbar seba’ ekonomiji fid-dinja, magħrufa bħala l-G7, fl-aħħar tliet snin.
L-għan ta’ din iż-żjara hu li jissaħħu r-rabtiet ekonomiċi bejn il-Ġermanja u ċ-Ċina; fil-fatt, Scholz qed jiġi kkritikat dwar dan il-fatt, li qed juri x-xewqa ta’ tisħiħ fir-relazzjoni maċ-Ċina mmexxija minn Xi Jinping. Dan tal-aħħar qed ikun akkużat li qed imexxi lill-poplu tiegħu b’id tal-ħadid.
Din il-laqgħa qed issir ukoll fi sfond li l-Ġermanja tinsab daharha mal-ħajt minħabba l-qtugħ tal-provvista tal-enerġija mir-Russja, hekk kif kellha dipendenza kbir fuq din l-importazzjoni.
Min-naħa tiegħu, il-President Ċiniż qal li bħala pajjżi kbar u b’influenza, iċ-Ċina u l-Ġermanja għandhom jaħdmu flimkien, b’mod speċjali f’dan il-perjodu ta’ inċertezzi ekonomiċi.