Il-Kanċillier Awsrtijak Sebastian Kurz jinsab taħt investigazzjoni kriminali dwar jekk qalx il-verità quddiem il-kumitat parlamentari li qed jinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minn membri tal-Gvern preċedenti tiegħu.
Kurz huwa l-ewwel Kanċillier li qatt ffaċċja investigazzjonijiet kriminali sakemm kien għadu fil-kariga.
F’każ li jinstab ħati, Kurz jista’ jeħel sa tliet snin ħabs.
Kurz ċaħad dan kollu u esprima l-fiduċja li huwa jkun meħlus minn dawn l-allegazzjonijiet.