Il-Kanċillier Awstrijak Karl Nehammer mistenni jirriżenja fil-jiem li ġejjin, wara li fallew in-negozjati għal koalizzjoni biex jifforma Gvern.
Dan hekk kif il-partit tan-Neo Liberali waqqaf il-koalizzjoni li kien hemm bejn il-Partit Konservattiv ta’ Nehammer u s-Soċjalisti Demokratiċi.
In-negozjati għal Gvern ilhom għaddejjin minn Settembru li għadda, wara li saret l-elezzjoni. F’din l-elezzjoni, il-partit tal-Lemin Estrem ġab l-akbar ammont ta’ voti, bi kważi 30% tal-voti.
Iżda l-koalizzjoni bejn it-tliet partiti kien se jkollha l-maġġoranza neċessarja biex tmexxi l-Gvern fil-Parlament.