Il-kanċer ta’ Pele avvanza ħafna, skont mill-isptar ta’ Sao Paulo fejn qed jiġi kkurata l-leġġenda tal-Brażil ta’ 82 sena.
Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja għal tliet darbiet issa ilu tliet ġimgħat l-isptar. Bintu kitbet fuq Instagram li se jqatta’ l-Milied fil-faċilità.
Stqarrija maħruġa mill-Isptar tgħid li Pele jeħtieġ kura akbar relatata ma’ problemi fil-kliewi u fil-qalb, minħabba l-avvanz tal-kanċer. Pele kellu tumur imneħħi mill-imsaren f’Settembru 2021 u minn dakinhar kellu jirċievi trattament regolari.
“Il-Milied tagħna d-dar ġie sospiż,” kitbet bint Pele, Kely Nascimento. “Iddeċidejna mat-tobba li, għal diversi raġunijiet, ikun aħjar għalina li nibqgħu hawn l-isptar, bil-kura kollha li tagħtina din il-familja ġdida f’isptar Israelita Albert Einstein.”