Mill-Ġimgħa, il-Kanada daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni tat-terapija tal-konverżjoni.
Din tfisser huwa illegali li jsir trattament li jkollha l-għan li tbiddel l-orentazzjoni sesswali ta’ persuna jew li żżomm l-identità tal-ġeneru ta’ persuna.
Dan tħabbar mill-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau, fejn fuq Twitter qal kif din il-liġi tfisser li huwa illegali li tippromovi jew tagħmel dan l-att.
Att li Trudeau fissru bħala wieħed li jagħmel il-ħsara u huwa att ta’ mibegħda fuq il-persuna.
F’Diċembru tal-2016, Malta saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li waqqfet dan l-att milli jibqa’ jsir.