Il-Kanada awtorizzat l-użu tal-vaċċin tal-Pfizer għal tfal ta’ bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena.
Dan huwa l-ewwel pajjiż li se jlaqqam persuni f’dan il-grupp ta’ etajiet kontra l-Coronavirus b’dan il-vaċċin.
Il-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż qal li ħa din id-deċiżjoni msejsa fuq informazzjoni li nġabret mit-tielet fażi ta’ provi kliniċi li saru fuq tfal ta’ dik l-età.
Fil-fatt, minn din il-fażi jirriżulta li l-vaċċin huwa sigur u effettiv fost dan il-grupp ta’ età iżgħar.