Il-Kamra tan-Negozju t’Għawdex laqgħet b’mod pożittiv it-titjib fis-servizz tal-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer, tħabbar mill-Gvern ilbieraħ.
Intqal li din il-bidla twassal għal servizz skedat tul is-sena kollha, speċjalment fi żminijiet fejn dan ikun meħtieġ l-iktar mill-Għawdxin.
Il-Kamra tan-Negozju t’Għawdex temmen li din il-bidla twassal biex dan is-servizz jintuża aktar spiss. Dan hekk kif, intqal li servizz skedat b’mod konsistenti u frekwenti huwa importanti biex in-nies ikollhom fiduċja fih u jużawh aktar.
Intqal li servizz bħal dan tal-fast ferry itejjeb l-aċċessibilità lejn il-gżira Għawdxija, li hi importanti.
AQRA IKTAR: