Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex laqat b’sodisfazzjon l-iskeda l-ġdida tas-servizz tal-fast ferry u l-azzjoni tal-Gvern biex dawk is-servizzi li kienu neqsin jibdew jingħataw, sakemm jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni Ewropeja fuq il-public service obligation.
Il-Ministri Aaron Farrugia u Clint Camilleri illum ħabbru dan waqt li pparteċipaw f’diskussjoni wiesgħa ma’ stakeholders f’Għawdex dwar l-isfidi relatati mat-trasport. Minn nhar minn nhar l-Erbgħa li ġej, se tidħol fis-seħħ skeda aġġornata u estiża ta’ dan is-servizz bejn il-gżejjer.
Permezz ta’ stqarrija, il-Kamra tenniet li dan huwa servizz essenzjali għall-Għawdxin kollha.
“Għawdex huwa reġjun b’diffikultajiet u sfidi li jridu jiġu ndirizzati. Sussegwentament, meta jkollok servizz li jnaqqas il-ħin tal-ivjaġġar bejn iż-żewġ gżejjer u li huwa konsistenti, dan se jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd. Minn perspettiva ta’ sostenibilta’ t-triq il-quddiem hija ż-żieda fl-użu ta’ rotot marittimi. Ir-rotta bejn l-iMġarr u l-Belt Valletta hija waħda minnhom, li żgur se tnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-karozzi għall-ivjaġġar bejn iż-żewġ gżejjer”.
Aqra aktar hawn:
Ritratt: Jan Gruber