Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-ewwel tnaqqis ta’ miżuri mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ, fejn qal li min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew jinfetħu xi stabbilimenti kummerċjali.
Fi stqarrija l-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern, li taqbel ukoll mal-viżjoni li ressqet ‘il quddiem b’rabta mal-pandemija COVID-19.
Filwaqt li nnutat li dan it-tnaqqis fil-miżuri huwa sinjal pożittiv, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji temmet tappella lin-negozji u lill-klijenti biex jużaw din l-opportunità iżda jobdu xorta waħda l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.