Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern it-Tnejn, b’mod partikolari l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement għan-negozji u ħaddiema l-aktar li ntlaqtu mill-pandemija Covid-19.
Kien innutat b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li se jingħata voucher ta’ €100 lil persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, li se jintuża f’bars, ristoranti jew stabbilimenti kummerċjali.