Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-aħbar dwar l-inċentivi finanzjarji maħruġa mill-Gvern għas-settur turistiku li jammontaw għal għoxrin miljun ewro, fejn il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Barolo qal illi fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbru numur ta’ skemi t’għajnuna finanzjarja.
Fi stqarrija il-Kamra qalet illi din l-aħbar turi sinjal illi Malta tinsab fit-triq għall-irkupru. Innotat ukoll illi l-iżviluppi pożittivi riċenti dwar il-coronavirus f’pajjiżna huma inkorraġanti. Sostnew ukoll illi l-miżuri li tħabbru għal żmien l-Għid kif ukoll il-proċess tat-tilqim kontra l-COVID-19 qed iħallu l-frott mixtieq.
Intant, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji temmet tgħid li qed tittama li din l-aħbar tkun l-ewwel pass importanti li jwassal għall-irkupru ekonomiku.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/30/e20-miljun-fghajnuna-ghas-settur-turistiku-fpajjizna/