Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-aħbar b’rabta mal-Covid Wage Supplement u kif ukoll il-moratorju fuq self mill-banek.
Dan hekk kif dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Gvern ħabbar kif filwaqt li l-miżura tal-Covid Wage Supplement se tiġi estiża sa Ġunju li ġej, din mhux se titwaqqaf ħesrem fl-aħħar ta’ Ġunju hekk kif in-negozji l-aktar milquta se jibqgħu jingħataw l-għajnuna massima ta’ €800 sal-aħħar ta’ din is-sena minħabba l-impatt tal-pandemija.
Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji spjegat kif permezz ta’ hekk, in-negozji jistgħu jieħdu idea dwar x’ser jiġri b’rabta mas-suppliment, liema skema qisuha bħala l-aktar waħda importanti li tħabbret fi żmien il-Covid.
Spjegaw kif din l-għajnuna tgħin mhux biss lin-negozji iżda saħansitra anke lill-ħaddiema, biex jibqgħu fl-impjieg tagħhom u ma jitilfux xogħlhom.
Fl-istqarrija huma laqgħu wkoll il-ħidma li qed issir dwar il-mortatorju ta’ self mill-banek