Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji ferħet lill-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li qed tħares ’l quddiem biex bħala Kamra taħdem flimkien mal-Gvern tul il-leġiżlatura.
Fi stqarrija, il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji qalet kif matul l-aħħar sentejn, il-Prim Ministru kkomunika ħafna ma’ din il-Kamra.
Hawnhekk innutat kif kemm il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-Gvern Malti ħadmu id f’id għal benefiċċju tal-ekonomija Maltija speċjalment fiċ-ċirkostanzi tal-pandemija.
Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji ferħet ukoll lill-kandidati eletti fil-Parlament Malti.