Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet il-Viżjoni Malta 2050, li ddeskrivietha bħala l-pass ‘il quddiem sabiex pajjiżna jimxi għal ekonomija sostenibbli.
Il-Kamra qalet li hija kienet semmet il-vuċi tagħha dwar dan, anke f’budgets preċedenti u okkażjonijiet oħrajn.
Fi stqarrija ntqalek kif din il-viżjoni hija opportunità unika biex tinħoloq ekonomija b’saħħitha, f’dinja li dejjem qed tevolvi. L-SMES f’pajjiżna jammontaw għal aktar minn 99% tal-intrapriżi kollha f’Malta, filwaqt li 97.8% jimpjegaw anqas minn 50 impjegat.
Il-Kamra tal-SMEs qalet li identifikat diversi oqsma ewlenin fejn l-SMEs jistgħu jkollhom rwol importanti fi ħdan din il-viżjoni, partikolarment fl-oqsma tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, Prattiċi Sostenibbli, u Żvilupp tal-Ħiliet u Taħriġ.