Il-Kamra tan-Negozji ż-żgħar u Medji innutat kif il-ġurnata ta’ Black Friday, bħal snin preċedenti, ħalliet impatt pożittiv fuq in-negozji lokali.
Fi stqarrija, il-Kamra tan-Negozji ż-żgħar u Medji rraportat li l-akbar domanda kienet għall-appliances u t-teknoloġija, bil-biċċa l-kbira tagħhom ippromwovu offerti u skontijiet matul ix-xahar ta’ Novembru.
Innotat ukoll li l-offerti li ġew estiżi matul ix-xahar ta’ Novembru kollu ħadmu favur għan-negozji kif ukoll għall-klijenti.
Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji ħadet inkunsiderazzjoni wkoll it-temp li ddomina l-ġurnata kollha li ħalla impatt fuq diversi setturi f’ċertii lokalitajiet.
Madanakollu iċ-ċentri kummerċjali rrappurtaw riżultati pożittivi matul il-ġurnata kollha.