Il-Kamra għall-Kummerċ, Intrapriżi u l-Industrija laqgħet b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Gvern Malti biex l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tibda topera minn Malta. Dan fl-eventwalità li l-Aġenzija Ewropea tmexxi l-operati tagħha minn Londra, issa li r-Renju Unit bi ħsiebu jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
L-Awtorità tal-Mediċini se tkun qed tmexxi l-applikazzjoni f’isem Malta. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tappoġja bis-sħiħ din l-inizjattiva, għaliex toffri ambizzjonijiet ġodda għal Malta.
Peremezz ta’ stqarrij l-Kamra qalet li hija kunfidenti li pajjiżna għandhu il-kwalitajiet u l-kriterji neċċesarji għar-rilokazjoni tal-Aġenzija, minħabba li l-livell t’għejxien għoli u l-livell ta’ sigurtà.
Temmen li jekk Aġenzija Ewropea bħal m’hi dik tal-Mediċini f’Malta timxi mal-viżjoni li pajjiżna jkun plejer fis-swieq internazzjonali.