Is-Sezzjoni tal-Kummerċ Turistiku fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet l-avviż legali li jimponi kundizzjonijiet fuq persuni li jivvjaġġaw lejn Malta bil-għan li l-ivvjaġġar lejn il-pajjiż ikun miftuħ iżda sigur.
L-avviż legali, li jobbliga lill-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn Malta sabiex jippreżentaw test tal-Covid-19 negattiv, ipoġġi l-Malta fuq l-istess linji bħal pajjiżi oħra, u skont il-Kamra tal-Kummerċ, dan huwa kruċjali għas-serħan il-moħħ tal-passiġġieri kif ukoll għall-Maltin.
Is-Sezzjoni tal-Kummerċ Turistiku saħqet kif dan il-ftuħ ibbilanċjat jagħmel sens meta wieħed jikkunsidra l-evidenza xjentifika li t-tilqim irażżan it-tixrid tal-virus tal-Covid-19 b’mod sostanzjali.
Il-Kamra tal-Kummerċ sejħet għall-viġilanza waqt li nimxu ‘l quddiem lejn in-normalità, speċjalment fid-dawl tal-varjanti li qegħdin jinstabu madwar id-dinja.