Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet l-iżvilupp notevoli mill-plenarja tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, li innotat li l-Gvern Malti implimenta l-pjan ta’ azzjoni b’mod effettiv u b’effiċjenza.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ ħeġġet biex l-awtoritajiet relevanti u l-istakeholders kollha fis-settur privat biex jibqgħu impenjati fil-proċess biex fix-xhur li ġejjin Malta ma tibqax fi proċedura t’aktar moniteraġġ.
Il-Kamra temmet tgħid li se tkompli tiddjaloga u tikkollabora mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jibqgħu jinżammu standards għoljin fl-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiżna.
AQRA AKTAR: