Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar dwar il-Covid Wage Supplement. Dan hekk kif illum il-Gvern li din l-iskema se tkun qed tiġi estiża.
Fi stqarrija, intqal kif din l-iskema hi ta’ benefiċċju għal bosta impjegati li jagħmlu parti minn negozju li bħalissa jinsab jaffaċċja diffikultajiet kawża tal-pandemija.
Spjegat kif permezz tagħha ġew salvati eluf ta’ impjiegi filwaqt li żammet bosta negozji milli jagħlqu l-bibien tagħhom.