Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet b’sodisfazzjon is-sussidju qawwi mħabbar mill-Gvern fuq 2.5% tal-interessi fuq self li jieħdu n-negozji.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ kompliet fuq l-istess nota ta’ msieħba soċjali oħra u sostniet li dan kien pass pożittiv ieħor favur in-negozji f’pajjiżna.
Fil-fatt il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-banek lokali sabiex jifhmu l-importanza tal-flessibiltà sabiex jiffiċilitaw dan iż-żmien iebes għan-negozji f’pajjiżna.