Il-Kamra tal-Kummerċ innutat kif il-ġurnata ta’ Black Friday, bħal snin preċidenti, ħalliet impatt pożittiv fuq in-negozji lokali.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li diversi negozji tawlu l-perjodu, biex anke sfidaw sfidi bħall-pandemija u t-temp.
Il-Kamra tal-Kummerċ innutat kif b’differenza għal snin oħra, din is-sena kien aktar popolari x-xiri online minn dak tradizzjonali fil-ħwienet.
L-istqarrija saħqet li għandu jkun hemm iżjed inċentivi biex in-negozji jkollhom aktar taħriġ fuq is-suq online, li jgħinuhom matul is-sena kollha.