Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret il-Programm ta’ Residenza ġdid u li jista’ jwassal għal ċittadinanza.
Il-Kamra tal-kummerċ qalet dan fi stqarrija b’reazzjoni għall-programm ta’ residenza ġdid li ħabbar is-Segretarjat għaċ-Ċittadinanza wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u approvazzjoni fil-kabinett.
“Il-Kamra hija sodisfatta bil-proposti u l-azzjonijiet komunikati mill-Gvern” qalet il-Kamra tal-Kummerċ fl-istqarrija tagħha.
Faħħret ukoll il-bidliet fir-regolamentazzjoni u n-neċessitajiet li jġib miegħu l-programm bħal dik taż-żieda f’investiment fi propjetà, id-donazzjoni filantropika mandatorja, u l-massimu 1,500 ċittadinanza li jistgħu jingħataw taħt dan il-programm ġdid.
Dan flimkien mal-emenda fejn fiha issa kull applikant se jkun obbligat jirrisjedi f’Malta minn tal-inqas sena qabel ikun jista’ japplika għaċ-ċittadinanza Maltija.
Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret ukoll il-proċess tat-teħid ta’ 4 passaporti minn familji li kienu ngħataw passaport Malti taħt il-programm tal-IIP u li ma żammewx mal-obbligazzjonijiet tagħhom.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/03/programm-ta-residenza-gdid-ser-ikun-qed-jiehu-post-il-programm-tac-cittadinanza-binvestiment/