Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet il-miżuri li ħabbar il-Gvern biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija u appoġġjat lill-awtoritajiet fid-deċiżjonijiet meħuda.
Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-membri kollha tagħha u lill-membri tal-komunità kummerċjali tal-pajjiż biex jiġbdu ħabel wieħed sabiex il-pajjiż joħroġ minn din il-pandemija.
Fis-stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ saħqet lill-membri kollha biex josservaw il-protokolli kollha ta’ distanza soċjli u inkoraġġiet li fejn huwa possibli n-nies jaħdmu b’mod virtwali.