Il-kamra tal-kummerċ laqgħet b’sodisfazzjon il-qligħ storiku li għamlet l-Air Malta fl-elfejn u tmintax. Fi stqarrija, l-kamra tal-kummerċ fissret kif dejjem ikkunsidrat lil Air Malta bħala sieħeb importanti fit-tkabbir ekonomiku kontinwu tal-pajjiż.
Infatti l-kamra b’mod konsistenti saħqet fuq l-importanza li jiġi aċċertat futur sostenibbli għall-linja tal-ajru nazzjonali. Il-kamra tal-kummerċ żiedet tgħid kif in-netwerk tar-rotot tal-linja tal-ajru jagħmel possibli, l-attrazzjoni ta’ investiment dirett barrani, partikolarment f’dawk l-oqsma fejn l-investitur jeħtieġ li jibgħat lura ħaddiema u jew familji.
Fid-dawl ta’ dan, il-Kamra tal-kummerċ temmet tawgura li dawn ir-riżultati finanzjarji pożittivi ikunu biss il-bidu ta’ operazzjoni sostenibbli għal-linja tal-ajru Maltija.