Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija nnutat il-miżuri ġodda b’rabta mat-trażżin tal-imxija f’pajjiżna.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija laqgħet ukoll l-inizjattiva li l-Covid wage supplement jingħata b’mod sħiħ lin-negozji Maltin u Għawdxin li kellhom jagħlqu minħabba l-imxija.
Hawnhekk huma appella sabiex dawk in-negozji li xorta se jibqgħu miftuħin biex jimxu b’modd strett mal-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u jgħinu wkoll fil-kontroll tal-imxija.
Saħqu li wara dan kollu, iridu jiġu indirizzati bosta sfidi li l-Għawdxija u l-gżira Għawdxija jaffaċjaw fi żminijiet bħal dawn.