Daniel Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ spjega ma’ ONE News li dak li tħabbar fil-baġit tal-bieraħ se jkompli jimmotiva lill-pubbliku li għandu numru ta’ ħiliet jistabilixxu ruħhom fil-gżira tat-tlett għoljiet.
“Fil-kuntest ta’ ekonomija li qed tħares lejn kwalità ta’ ħajja aħjar ħadna pjaċir li l-gvern qed jirrikonoxxi kemm l-valur ekonomiku kif ukoll l-impatt soċjali u ekonomiku li jista’ jkollha l-ekonomija. U f’dan is-sens qed ninnotaw b’mod pożittiv li l-gvern ħa jniedi konsultazzjoni fuq dik li hija l-politika tal-immigrazzjoni u hemmhekk nemmnu li f’Għawdex għandu rwol importanti x’jilgħab jekk issir politika ta’ immigrazzjoni reġjonali fejn aħna nipprovaw inħajru ċertu nies, b’ċertu skills, b’ċertu ħiliet għoljin biex jistabbilixxu ruħhom f’Għawdex anke permezz ta’ inċentivi li naħseb din il-politika ta’ immigrazzjoni tista’ toħloq ”