Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija tat l-appoġġ tagħha lil-linja nazzjonali tal-ajru bil-għan li t-titjiriet jibqgħu joperaw mingħajr interruzzjonijiet.Dan fid-dawl tal-azzjoni industrijali li vvotaw favuriha l-maġġoranza tal-piloti fl-ALPA lbieraħ filgħaxija.
Esprimiet ukoll it-tħassib tagħha għall-possibilità t’azzjoni industrijali li sejħet bħala “irresponsabbli”.
Qalet li hija xi ħaġa sfortunatata li sezzjoni żgħira iżda daqstant importanti tista’ taffettwa l-operat sħiħ tal-linja tal-ajru.
Għaldaqstant, il-Kamra tal-Kummerċ appellat għas-sens komun f’intopp perikoluż li jista’ jistaġna lill-ekonomija Maltija.