L-Avukat Louis de Gabriele nħatar bħala l-President il-ġdid tal-Kamra tal-Avukati.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Avukati qal li l-ħatra ta’ Dr de Gabriele waslet wara li Dr George Hyzler irriżenja minn President tal-Kamra tal-Avukati sabiex ikun jista’ jieħu l-kariga l-ġdida tiegħu bħala l-ewwel Kummissarju Parlamentari għall-iStandards.
Il-Kamra tal-Avukat sellmet u tat ħajr lil Dr Hyzler għat-tmexxija tiegħu u għall-impenn personali li qalet wera lejn il-Kamra sa mill-ħatra tiegħu fl-2015.