Il-Kamra tal-Avukati tat ċamata lil ħu d-deputat tal-establishment tal-PN, Karol Aquilina, Robert Aquilina, li huwa l-President tal-ghaqda Repubblika.
Dan wara li Robert Aquilina, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, xebbah lill-Avukat Generali Victoria Buttigieg u lill-Avukat tal-iStat Chris Soler, mad-dittatur tal-Korea ta’ Fuq.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Avukati esprimiet id-diżappunt tagħha għal għadd ta’ attentati maħsuba biex jippruvaw jikkundizzjonaw l-avukati fil-qadi ta’ dmirijiethom u qalet li dan qed isir permezz ta’ sensiela ta’ kummenti fil-mezzi tax-xandir.
Il-Kamra tal-Avukati saħqet illi avukat fil-qadi ta’ dmirijietu ma għandu qatt ikun suġġett għal attakki personali jew fuq il-professjoni tiegħu.
Din mhix l-ewwel darba li Aquilina nfexx jattakka lill-Avukat Generali u lill-Avukat tal-Istat. Il-President tal-għaqda Repubblika u l-għaqda li jmexxi huma magħrufin ghal dan l-istil ta’ politika ta’ attakki personali fuq l-istituzzjonijiet tal-Istat, specjalment dawk ġuridiċi, jekk ma jiddeċidux kif iridu huma, kif ukoll fuq kull min ma jaqbilx magħhom.
L-istess stil jimxi bih Karol Aquilina, ħu Robert Aquilina, deputat ewlieni tal-establishment Nazzjonalista li huwa wkoll il-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista ghall-gustizzja.
Oħrajn jagħmlu dan barra l-pajjiż.
Il-klikka tal-establishment, permezz tal-Ewroparlamentari nazzjonalista David Casa u Roberta Metsola, ilhom ghal dawn l-ahhar snin jattakkaw li Malta fil-Parlament Ewropew, u dan jaghmluh bl-appoġġ ta’ Robert u Karol Aquilina u tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.