Il-Kamra tal-Avukati esprimiet s-sodisfazzjon tagħha għall-proposti li għamel il-Gvern lill-Kummissjoni Venezja.
Sodisfatta l-aktar marbuta mal-ħatriet ġudizzjarji.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Avukati semmiet il-fatt li wieħed mill-aspetti fundamentali tal-proposti tal-Gvern dwar ħatriet ġudizzjarji, hija li jitneħħa kull intervent politiku, huwa żvilupp interessanti li jawgura tajjeb għall-impenn sabiex tinħoloq sistema ta’ ħatriet mingħajr ebda indħil politiku.
Bis-sistema l-ġdida ħatriet ġudizzjarji, b’eċċezzjoni tal-ħatra tal-Prim Imħallef u mingħajr l-ebda indħil politiku, r-rakkomadazzjonijiet tal-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji se jsiru direttament lill-President tar-Repubblika li mbagħad jagħżel, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jkunu sarulu mill-istess Kumitat.
Il-Kamra tal-Avukati qalet li dan huwa pass inkoraġġanti, li fl-aħħar se jibda’ jelimina l-klassi politika mill-proċess ta’ ħatriet ġudizzjarji.
Qalet li dawn il-proposti huma pass sinifikanti u pożittiv sabiex tiġi indirizzata l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja ta’ Diċembru 2018, b’mod partikolari dwar il-ħatriet ġudizzjarji.
Il-proposti saru wkoll wara konsultazzjon mal-Kamra tal-Avukati.