Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-impenn tal-Partit Laburista li jagħti aċċess għas-servizzi bankarji lin-negozji kollha.
Dan intqal fi stqarrija t-Tlieta waranofsinhar b’reazzjoni għall-proposti li ħabbar il-Prim Ministru u Mexxej Laburista t-Tnejn filgħodu għan-negozji.
Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji qalet li huwa tajjeb ħafna l-impenn biex jiċċentralizza l-isforzi kollha ta’ konformità madwar il-pajjiż.
Intqal kif il-proposta ta’ Gvern Laburista ġdid se tkun qed ittaffi kif suppost il-piż fuq in-negozji f’pajjiżna.
Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji qalet kif din kienet proposta tagħha għall-budget għal din is-sena u huwa ta’ pjaċir għaliha li se tiġi adottaha.