Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-investiment ta’ €12-il miljun imħabbar mill-Gvern dalgħodu, dak ta’ spazju ġdid għal negozji żgħar u medji fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Fi stqarrija, il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji qalet kif sit bħal dan kien minn dejjem mixtieq sabiex jgħin lin-negozji jkabbru n-negozju tagħhom.
F’din l-istqarrija, il-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji qal kif dan il-proġett imħabbar mill-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, qed jgħin lin-negozji jinvestu fiż-żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija.
Dan l-investiment se jkun qed jilqa’ madwar 30 negozju, fi spazju ta’ 14,000 metru kwadru.