L-Assoċċjazzjoni għall-Isport Akwatiku ħabbar li l-kampjonat nazzjonali ġie sospiż wara li plejer tat-tim Neptunes WPSC irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.
Il-kampjonat ġie sospiż għal ġimagħtejn biex b’hekk kemm il-plejer li rriżulta fil-pożittiv kif ukoll il-bqija tal-plejers tat-tim jkunu jistgħu jagħmlu perjodu ta’ kwarantina skont il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-plejer li rriżulta fil-pożittiv lagħab kontra t-tim Slimiż nhar il-Ħadd li għadda.
It-tim ta’ Neptunes kien imbassar li jilgħab kontra t-tim Ġiljaniż nhar id-29 ta’ Settembru iżda issa huma mistennija jiltaqgħu fl-ewwel ġimgħa t’Ottubru.