Il-BOV Premier League ma ntrebaħ mill-ebda tim, u għalhekk se tkun logħba deċisiva fi tmiem il-ġimgħa li ġejja bejn Valletta FC u Hibernians li tiddetermina t-tim rebbieħ tal-kampjonat Malti.
Is-Sibt waranofsinhar Hibernians għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 5-1, filwaqt li Valletta FC ġew draw ta’ 1-1 ma’ Ħamrun Spartans.
B’hekk fl-aħħar jum tal-kampjonat tal-futbol Malti Valletta FC u Hibernians spiċċaw fil-quċċata tal-klassifika b’total ta’ 59 punt u għalhekk se tintlagħab logħba deċisiva bejn iż-żewġ timijiet matul tmiem il-ġimgħa li ġej.
Il-gowl ta’ Ħamrun Spartans lil Valletta FC ġie fil-ħin miżjud tal-logħba wara li Valletta FC damu jgawdu vantaġġ ta’ 1-0 fuq Ħamrun għat-tieni taqsima kollha.