Il-kumpanija Amerikana tal-informatika Microsoft qalet li hackers b’rabtiet mar-Russja iċ-Ċina u l-Iran qed jipprovaw jispijaw fuq gruppi u individwi b’rabtiet mal-elezzjoni presidenzajli Amerikana li se ssir f’Novembru li ġej.
Il-kumpanija qalet illi l-istess hackers Russi li fl-2016 kissru attakkaw il-kampanja tal-kamp demokratiku huma nvoluti f’dan l-ispjunaġġ.
Din id-darba il-kampanji tal-President Amerikan Donald Trump u Joe Biden huma fil-mira tal-hackers.
Huwa mifhum li l-hackers Russi huma parti mill-grupp Strontium, l-istess grupp li anke attakkaw partiti politiċi Brittaniċi. Il-grupp Strontium huwa magħruf ukoll bħala Fancy Bear, li allegatament għandu rabtiet mal-intelliġenza militari Russa.