Vot fi ħdan il-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fi ħdan il-Parlament Ewropew jikkonferma lill-kaċċaturi flimkien ma’ dawk dilettanti tal-isports tal-isparar ma’ għandhomx ibgħatu l-konsegwenzi ta’ diversi restrizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni Ewropeja, fid-dawl tad-diversi attakki terroristiċi li saru tul dawn l-aħħar xhur ewlenin fosthom il-massakru ta’ Charlie Hebdo f’ Jannar tal-2015.
Propju minn dak in-nhar il-Kummissjoni Ewropeja nediet kampanja sabiex tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalita’ organizata madankollu skond diversi ċittadini Ewropeja.Permezz ta’ Direttiva fuq l-użu tal-armi il-Kumissjoni Ewropeja tefgħet lil kulħadd f’ kefa’ waħda għaliex din il-kampanja kienet qed tolqot b’ mod dirett lil dawk li jimxu fil-parametri tal-liġi fosthom il-kaċċaturi u minn jippratika dan l-isport.
Kienu l-Membri tal-Parlament Ewropew fi ħdan dan il-Kumitat li bidlu d-dokument propost mill-Kummissjoni Ewropeja li minflok verament ħa azzjoni fil-konfront tat-terroriżmu u l-Kriminalita’ spiċċa biex urta b’ mod qawwi l-Kaċċaturi u d-dilletanti tal-isparar u ntroduċa miżżuri restrittivi fuq minn juża l-armi tan-nar b’ mod legali.
Il-Federazzjoni Ewropeja tal-Assoċazzjonijiet tal-Kaċċaturi l-FACE u l-organizazzjonijiet membri fi ħdana f’ dawn l-aħħar xhur ippruvaw jpoġġu diversi argumenti ta’ dawk li jużaw l-armi b’ mod legali u kif ukoll jippriservaw il-liġijiet li diġa hemm imposti fuqhom mill-Kummissjoni Ewropeja.
Dan wasal sabiex ir-restrizzjonijiet oriġinali imposti mill-Kummissjoni Ewropeja f’ dan id-dokument tneħħew u issa jmiss li f’ Settembru li ġej il-Kummissjoni, il-Parlament kif ukoll il-Kunsill Ewropew jibdew negoazzjati sabiex jintleħaq qbil dwar it-triq il-quddiem bil-FACE tkompli bil-lobbying tagħha mat-tlett istituzzjonijiet ewropej sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-Kaċċaturi u l-Partijiet interessati bil-vot finali mbagħad jittieħed f’ Novembru li ġej fil-Parlament Ewropew.