Fi stqarrija mill-Kaċċaturi San Ubertu, il-President Mark Mifsud Bonnici saħaq li b’urġenza, il-qrati għandhom jittrattaw każ kontra l-Gvern Malti dwar id-dritt li tiġi applikata deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa, aktar meta l-fatt hu li l-maġġoranza tal-poplu Malti vvota favur il-kaċċa fir-rebbiegħa fir-referendum li kien sar.
Skont l-istqarrija, din it-tattika viljakka ta’ Birdlife Malta, immirata biex iwaqqgħu d-deċiżjoni tal-Gvern Malti li tgawdi l-appoġġ tal-Oppożizzjoni favur il-kaċċa fir-rebbiegħa għall-gamiema u s-summien, qed tispiċċa b’abbuż ripetut tas-sistema ġudizjarja minn organizzazzjoni estremista dikjarata kontra l-kaċċa.
Għaldaqstant, il-Kaċċaturi San Ubertu qed jitolbu lill-Qrati biex jittrattaw il-każ qabel il-ftuħ imħabbar tal-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa.