Fi stqarrija ntitolata “Berbieq ta’ Flus, Disrispett u Dwejjaq tal-BirdLife Malta”, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) innotaw li tal-Birdlife ma eskludewx li jippruvaw jagħmlu referendu.
Fi kliemhom: “Kullħadd jista’ jifhem għaliex l-infieq ta’ flus ma joħloq l-ebda problema għal BLM, li nefqu €104,000 fil-kampanja tar-referendu tal-2015, meta fl-aħħar Estimi tal-Baġit tal-Gvern il-BLM ġew direttament allokati €150,000 bħala Għotja rigward il-Banjijiet tal-Melħ tas-Salini, liema żona ta’ 897,000 metru kwadru ġġib it-total tal-art Maltija fil-pussess tal-BLM weħidhom għal 2,696,000 metru kwadru. Huwa madankollu għajb u irresponsabbli li l-BLM qed tipproponi dberbieq ieħor ta’ €6,000,000 mill-fondi pubbliċi Maltin biex isir referendu ieħor, sempliċement għax ma jaqblux mar-rieda tal-maġġjoranza tal-poplu Malti u Għawdxi”.