Il-kaċċaturi jistgħu joħroġu kemm għall-kaċċa tas-summien u anki għall-gamiem.
Dan wara li l-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef, ma laqatx it-talba ta’ Birdlife Malta biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa għall-gamiem.
Dan wara li l-ġimgħa l-oħra, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet b’mod proviżorju mandat ta’ inibizzjoni mitlub mill-istess Birdlife kontra l-Ministeru għal Għawdex biex ma jiftaħx l-istaġun.
Fil-Qorti, l-Imħallef Depasquale nnota li din hi t-tielet sentenza konsekuttiva li Birdlife talbet din it-tip ta’ mandat b’argumentazzjoni simili.
B’reazzjoni għal din is-sentenza, il-Ministru Clint Camilleri fuq il-midja soċjali qal li l-Gvern hu kommess li ma jiġu tollerati ebda manuvri leġalistiċi li l-uniku skop tagħhom huma li jmorru kontra l-vot tal-poplu.
Sostna l-kelma tiegħu l-Gvern iżommha b’rispett sħiħ lejn il-liġi u l-qrati ta’ pajjiżna u dan minkejja l-ostakli kollha.
Il-Ministru Camilleri qal ukoll li fis-sigħat li ġejjin se jitħabbru d-dati tal-kaċċa fir-rebbiegħa wkoll għas-summiena.
Sadanittant, Iil-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK tennew li din hi rebħa oħra għall-kaċċaturi Maltin u Għawdxin. Intqal kif din hi t-tielet attentat li l-Birdlife pprovaw iwaqfu staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa matul dawn it-tliet snin konsekuttivi.
Intant, fi stqarrija l-Kaċċaturi San Ubertu rringrazzjaw lill-Gvern tal-pożizzjoni soda tiegħu kontra attentati estemiti ripetuti li pprovaw iċaħdu d-dritt ta’ pajjiżna, li japplika deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa.