L-istaġun tal-kaċċa għas-summien fir-Rebbiegħa għal din is-sena se jkun mill-ħamsa sal-ħamsa u għoxrin t’April. Iż-żewġ ġranet inklużi.
Dan skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis li saret aktar kmieni llum.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti pproponiet staġun li jibda ħamest ijiem wara, mill-għaxra sat-tletin ta’ April.