Fi stqarrija mill-Gvern tħabbar li l-Kabinett se jirrakkomanda lill-President biex tingħata maħfra lill-istudenti u lil-lettur li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ ethical hacking fuq l-app FreeHour.
Dan wara li, fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dan f’kummenti mal-midja.
Intqal li, ftit tax-xhur ilu, il-Malta Digital Innovation Authority nediet il-policy imsejsa fuq konsultazzjoni pubblika. B’din il-politika hi bbażata fuq id-direttiva Ewropea dwar miżuri għal livell ta’ cybersecurity.
Il-Gvern irriafferma l-impenn tiegħu li jdaħħal dawn il-liġijiet.
Il-lettur u l-istudenti ġew informati b’dan l-iżvilupp f’laqgħa li kellhom mal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.
(Ritratt: Times of Malta )