L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi, l-OLAF, approva proposta tad-Dipartiment tad-Dwana Maltija biex jixtri scanner ġdid biex ikunu mistħarrġa l-bagalji kollha li jgħaddu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
F’intervista ma’ ONE News ftit taż-żmien ilu, id-Direttur Ġenerali tad-Dwana, Joe Chetcuti, qal li bil-għan li d-Dwana ssaħħaħ ħidmietha fl-ajruport, ipproponiet lill-Kummissjoni Ewropea biex tixtri dan it-tagħmir ġdid b’investiment ta’ €300,000.
Il-proposta kienet studjata mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li approva l-finanzjament ta’ 90% tal-fondi għal dan it-tagħmir.
Dan it-tagħmir se jkun qed janalizza kull bagalja qabel tinġabar mill-passiġġiera.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/09/19/id-dwana-se-ssahhah-hidmietha-fl-ajruport/