Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-fondi għas-Central Link Project. Dan ifisser li issa fadal biss permessi mill-Awtorità tal-Ippjannar sabiex dan il-proġett li se jindirizza l-problema tat-traffiku fiċ-ċentru tal-pajjiż ikun jista’ jibda.
Ħabbar Dan il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia meta f’konferenza tal-aħbarijiet qalu kif l-Unjoni Ewropeja approvat €140 miljun oħra fi proġetti infrastrutturali.
“Dan huwa proġett importanti ħafna li ilu fuq l-ixkaffa għall-għexieren ta’ snin u qatt ma ġie implimentat mill-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern. Saħansitra ddikjara b’mod iżolat li huwa kontrih u issa għandek finanzjament mill-Unjoni Ewropeja li huwa garantit għalih. Inħares il-quddiem biex ikun hemm il-permessi meħtieġa li jinsabu fi stadju avanzat u minn hemm intelqu x-xogħol fil-bidu tas-sena d-dieħla”.
Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia żied l-Unjoni Ewropea approva ukoll il-proġett tal-flyovers fil-Marsa u l-mini ta’ Santa Luċija u proġetti fil-Port il-Kbir.
“Se nagħmlu numru ta’ toroq li għandna fil-pajjiż fosthom ukoll il-Marsa Ħamrun u n-naħa tal-Marsa wkoll u oħrajn flimkien mal-qasam Marittimu fosthom xogħlijiet fil-‘Lab Wharf’ fil-Port il-Kbir, tisħiħ tal-‘breakwater’ tal-Belt Valletta wkoll u d-‘dragging’ tal-port fin-naħa tal-Marsa biex ikompli jtejjeb il-ħidma tal-pajjiż.”
Dan il-proġett mistenni jżid il-kapaċita tal-Port il-Kbir sabiex ikun jista’ jilqa’ aktar vapuri.