Il-Kummissjoni Ewropea m’aċċettatx il-baġit tal-Italja, xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja tal-Unjoni Ewropea. Jidher li l-Kummissjoni Ewropea għamlet dan għaliex kienet imħassba bid-dejn li diġà għandu l-pajjiż minkejja li l-Italja hija t-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona ewro.
Issa l-Italja għandha tliet ġimgħat ċans biex tipproponi baġit ġdid lil Brussell, wara li l-kopja li ntbagħtet mill-Gvern Taljan fl-aħħar jiem kien deskritt bħala dokument li ma mexiex mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.