Giulio Baldacchino, Slimiż residenti l-Mellieħa ta’ 44 sena huwa t-tieni vittma ta’ inċident ta’ traffiku fit-toroq Maltin, fi żmien ġimgħa.
Kienu t-tokki tat-tmienja neqes kwart tal-Ħadd filgħodu li l-ħajja ta’ Giulio nħasdet f’inċident fi Triq il-Kosta fin-Naxxar. Bl-ewwel stħarriġ li sar mill-Pulizija juri li s-sewwieq, x’aktarx, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Suzuki GSXR li bl-impatt baqa’ miexi għal iżjed minn 250 metru.
Aħbar li ħasdet lill-mijiet, b’mod spjeċali lil sħabu d-dilettanti tal-muturi li fosthom Giulio kien magħruf għall-passjoni u l-imħabba li kellu għall-muturi, tant li kienu ħafna li stqarru li ma jistgħux jemmnu li l-Ħadd filgħodu mhux se jkun fosthom, meta jiltaqgħu bil-muturi.
B’Giulio, ex-suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta, kellu d-destin kiefer li l-aktar ħaġa li kien jgħożż, kellha tkun dik li tisraqlu ħajtu. Dak il-mutur, li ma kienx ilu wisq li akkwista.
Jason Farrugia, dilettant kbir tal-muturi u ħabib kbir ta’ Giulio ma’ ONE NEWS esprima d-dieqa tiegħu, li mhux se jkun jistà jerġà jkollu dik id-diskursata miegħu dwar il-muturi. B’Farrugia ddeskriva lil vittma bħala ħabib ta’ veru li dejjem issibu lest biex jgħinek. Huwa stqarr li ma jistax jemmen li sieħbu miet fl-istess triq li kien għadu kemm għaddha minnha hu ftit tal-minuti qabel.
Iva għalijja kien ħabib kbir hux ħafna. mhu se ninsiha qatt din jiena. konna niltaqaw ħafna birkirkara għat-te, daqqa qabel ix-xogħol, daqqa wara x-xogħol konna close hux. telfa hux, telfa kbira kont għaddej minn hemm 10 minutes qabel. imbgħad rajthom jgħalqu t-triq .. għidt se jgħamlu xi maratona jew hekk imbad ġo moħħi għidt jekk ma weġġax xi ħadd, għax bla ma trid moħħok hemm imur.
Jason spjega li għal Giulio, l-muturi kienu jiswew mitqlu deheb u li sa minn meta xtraw l-ewwel mutur tagħhom kienu jmorru jsuquhom flimkien.
Giulio u l-mutur biċċa waħda. giulio mhux se joqgħod bla mutur qatt. aħna ilna bi l-muturi minn tfal. qatt ma konna bla mutur. qiegħed ġo fina. jien ma ngħix mingħajr mutur, jista jkun scooter ta. Giulio l-istess ix-xogħol bil-mutur, wieħed for pleasure, wieħed biex issiefer, basta qiegħed ġol-garaxx. biker biker .. from a to z.
Kienu bosta dilettanti tal-muturi, ħbieb u familjari li permezz ta’ messaġġi fuq Facebook, sellmu l-memorja ta’ Giulio fosthom kuġintu Christine li stqarret li l-vojt li ħalla Giulio f’ ħajjitha ma jista jimlih ħadd.