Illum 8 ta’ Marzu huwa l-jum dinji tal-mara. Dan jikkomemora l-moviment favur id-drittijiet tan-nisa.
L-ewwel jum li ġie ċċelebrat bħala l-jum dinji tal-mara kien fit-28 ta’ Frar tas-sena 1909 fi New York. Il-jum tat- 8 ta’ Marzu kien ġie ssuġġerit f’konferenza internazzjonali tan-nisa fl-1910.
Fir-Russja, dan il-jum ġie ddikjarat nazzjonali wara li n-nisa ħadu d-dritt tal-vot fl-1917.
Fl-1975, in-Nazzjonijiet Magħquda adotaw ukoll dan il-jum b’mod internazzjonali.
Dan il-jum huwa sinifikanti għaliex l-iskop huwa li titqajjem aktar kuxjenza dwar l-ugwaljanza, mhux għal jum biss.