Illum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. L- organizzazjoni tas-saħħa WHO għażlet “Id-demm jgħaqqadna lkoll” bħala tema għal din is-sena. Din it-tema hija ibażata fuq il-ħtieġa ta’ aktar donaturi regolari. Donatur regolari huwa dak li jagħti d-demm imqar darba f’perjodu ta’ sentejn.
Din il-ġurnata tiċċelebra l-att ta’ solidarjeta’ tad-donaturi filwaqt li tħeġġeġ aktar nies biex jagħtu d-demm ħalli huma wkoll isalvaw il-ħajja ta’ ħafna nies.
F’ċerimonja ta’ rikonoxximent lid-donaturi tad-demm ipreseduta mill-President ta’ Malta. Hija rringrazzjat lin-‘National Blood Transfusion Service Malta’ tax-xogħol tagħhom.
Qalet li meta nagħtu d-demm insalvaw il-ħajjiet u ħeġġet biex aktar nies iwieġbu għas-sejħiet li minn żmien għal żmien jagħmel il-bank tad-demm.
Il-President Coleiro Preca sostniet li s-sbatax -il persuna li gew rikonoxxuti għal kemm taw demm fl-aħħar sena għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għal nies ohra favur il-volontarjat.