Ton Ton Laferla Insurance issiġilla l-ewwel rebħa tas-sena, fi tmiem il-ġimgħa il-għaddiet, meta r-Royal Malta Yacht Club ospita l-aħħar tiġrija tas-Serje tax-Xitwa, li kienet mifruxa fuq tliet partijiet. Is-Serje rat flotta ta’ daqs tajjeb tikkompeti f’tlielaq qosra kostali u
Tlielaq Kostali
Ton Ton Laferla kiseb ir-rebħa b’punt vantaġġ fuq Pep ta’ Mark Camilleri, li b’mod konsistenti dehru li kienu qed jiġru wara Ton Ton matul is-Serje kollha. Fit-tielet post, u l-ewwel fil-Klassi Cruisers kien il-jott Pippus ta’ David Anastasi, li għamlet id-debutt tagħha fil-flotta tat-tlielaq tal-Club.
Flotta SB20
Is-Serje rat l-inklużjoni tal-flotta SB20, klassi ta’ dgħajjes b’disinn wieħed li rat żieda fil-interess u parteċipazzjoni minħabba l-antiċipazzjoni tal-Kampjonati Ewropej, li din is-sena ser jsiru f’Malta f’Settembru. Matul is-Serje, Sayonara Baby ta’ Craig Farrugia Vella, tat prestazzjoni konsistenti, iżda sfortunatament il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fl-aħħar jum tas-serje. ikkawżat li t-tlielaq jiġu kkanċellati.
Il-Club issa qed iħejji għar-Regatta li jmiss tiegħu li se ssir f’Għawdex bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu u l-ewwel tiġrija tiegħu offshore, l-International Yacht Paints Marzamemi Regatta li se ssir f’Mejju, u li mistenni jara flotta mdaqqsa tieħu sehem.